https://vimeo.com/313136818

Il-voluntiera qed ifasslu kampanja pan-Ewropeja u mibnija mill-għeruq biex iħeġġu lin-nies jinvolvu ruħhom fl-elezzjonijiet Ewropej u jinkoraġixxu kemm jista’ jkun nies biex jivvutaw.

 

 

Il-pjattaforma diddarbasenivvota.eu tnediet reċentement f’24 lingwa. Hija tappoġġa eluf ta’ voluntiera fl-istati membri kollha li inkitbu u li huma impenjati biex jikkonvinċu lin-nies biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tat-23-26 ta’ Mejju 2019.


Thistimeimvoting.eu hija komunità mhux partiġġana, iddedikata biex ittejjeb il-kuxjenza demokratika li, “mhux biżejjed li tispera għal futur aħjar: din id-darba kull wieħed u waħda minnha irid iħoss responsabbiltà għal dan il-futur”.

Il-Parlament nieda l-proċess f’Ġunju billi talab liċ-ċittadini mhux biss biex jivvutaw, iżda wkoll biex imexxu l-kelma mal-familji, il-ħbieb, il-ġirien u l-komunitajiet tagħhom.

 

#thistimeimvoting

 

Huma jużaw kanali tal-midja soċjali u jorganizzaw avvenimenti biex jippromwovu l-kampanja tagħhom. Huma jġibu flimkien lin-nies, jiddiskutu l-kwistjonijiet li huma importanti għalihom u jikkunsidraw il-futur tal-UE, bil-ħsieb li dan ser jitfassal ukoll mill-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej.


Avvenimenti f’Malta

Iltaqa’ mal-voluntiera li huma l-iżjed attivi fejn tgħix int. L-avvenimenti kollha li dalwaqt ser isiru huma fuq il-mappa pprovduta u aġġornati minn thistimeimvoting.eu.


https://www.thistimeimvoting.eu/events_malta

 

Avveniment ta’ tnedija

 

Fit-30 ta' Ottubru, EPLO Valletta organizza avveniment fejn ġew mistiedna dawk il-persuni li rreġistraw fuq is-sit diddarbasennivvota.eu kif ukoll persuni oħra li kienu involuti f'kampanja separata ta' midja soċjali "Share Europe online" - kampanja fejn numru ta' individwi tkellmu fuq kif l-UE taffettwa s-settur tagħhom jew il-ħajja personali tagħhom.

 

Wara li ngħataw preżentazzjoni qasira dwar ir-raġunijiet tal-kampanja li qed iniedi l-Parlament Ewropew, u x'qed jagħmlu persuni oħra biex imexxu l-kelma, sar riċeviment fejn min kien preżenti ġie mistieden jkellem lil dawk li diġà rnexxielhom jikkonvinċu persuna waħda biex tissieħeb, lill-individwi tas-Share Europe online, kif ukoll rappreżentanti miċ-Centri ta' Informazzjoni ta' Europe Direct.

 

Fl-aħħar parti tal-avveniment, il-parteċipanti ġew mitluba jaqsmu l-ideat tagħhom, fosthom li tinħoloq diskussjoni live fuq Facebook bejn it-top recruiters u li jiġu sfruttati l-postijiet ta' fejn wieħed jaħdem, jistudja u jgħix.

 

Laqgħat mal-istudenti

 

Wara laqgħat pubbliċi u separati li ġew organizzati mal-JEF Malta u mal- European Studies Organisation fis-sajf fejn ġiet ippreżentata l-kampanja ta' diddarbasenivvota, dawn, flimkien mal-KSU, niedu kampanja tagħhom stess fuq l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla. Fis-16 ta' Ottubru, saret tnedija fil-kampus tal-Università fejn tqassam materjal relatat mal-kampanja u fejn l-istudenti universitarji ġew mistednin jiktbu fuq pledge cards x'jixtiequ jaraw fl-Ewropa u għalxiex jixtiequ jivvutaw.

 

Din se tkun segwita minn avveniment ieħor is-Sibt 10 ta' Novembru, fejn din id-darba ser jiġu mistednin id-deputati Ewropej Maltin, sabiex jiddiskutu flimkien mal-istudenti x-xogħol li huma wettqu f'dawn l-aħħar ħames snin kif ukoll biex ikun hemm aktar riflessjoni dwar dak li hemm bżonn isir fil-ħames snin li ġejjin.

 

Kuntatt

Anna Żammit
Uffiċjal tal-istampa

+356 2342 53014

anna.zammit@europarl.europa.eu

 
 

 

Elaine Cordina
Uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi

  +356 2342 53012
elaine.cordina@europarl.europa.eu
 
 

back to top